Language of document : ECLI:EU:T:2009:79





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2009 – Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-332/06)

“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Tariffa preferenzjali – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE – Ammissibbiltà – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti – Vantaġġ – Motivazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Atti li jipproduċu effetti legali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali li qed tiġi implementata suġġetta għall-klassifikazzjoni provviżorja bħala għajnuna ġdida (Artikoli 87(1) KE, 88(2) u (3) KE, u 230 KE) (ara l-punti 34-36)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali – Natura provviżorja tal-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni (Artikolu 88(2) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6) (ara l-punti 59, 60)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura statali li qed tiġi implementata suġġetta għall-klassifikazzjoni provviżorja bħala għajnuna ġdida – Obbligu ta’ motivazzjoni (Artikoli 88(2) KE u 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 6) (ara l-punti 78-80)

4.                     Dritt Komunitarju – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali (ara l-punti 102-108)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Emenda li taffettwa s-sustanza ta’ miżura li inizjalment evitat il-klassifikazzjoni bħala għajnuna – Miżura li għandha tiġi eżaminata fil-kuntest tal-proċedura applikabbli għal għajnuna ġdida (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 128, 129)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/C 214/03, innotifikata lir-Repubblika Taljana b’ittra tad-19 ta’ Lulju 2006, li tiftaħ il‑proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/06 (ex NN 38/06) – Tariffa tal-elettriku preferenzjali mogħtija lil ċerti industriji ta’ konsum kbir tal-enerġija fl-Italja, sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda t-tariffi ta’ provvista ta’ elettriku li jibbenefikaw minnhom iż-żewġ fabbriki ta’ aluminju primarju ta’ Alcoa Trasformazioni.

Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Alcoa Trasformazioni Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.