Language of document : ECLI:EU:T:2007:374





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-11 ta’ Diċembru 2007 – FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-349/07 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà -Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali (Artikoli 230 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1); Direttiva tal-Kunsill 91/414; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/415) (ara l-punti 46-47, 49, 60-61, 65)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 66-67)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 98-101, 103, 114)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/415/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2007, dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-carbosulfan fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 156, p. 28), sakemm tingħata s-sentenza fil-kawża prinċipali.

 Dispożittiv

1)         It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)         L-ispejjeż huma rriżervati.