Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 2008 - Duro Sweden vs UASI (EASYCOVER)

(Kawża T-346/07)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EASYCOVER - Raġunijet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Duro Sweden (Gävle, l-Iżveżja) (rappreżentant: R. Bird, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-3 ta' Lulju 2007 (Każ R 1065/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali EASYCOVER bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinn) (UASI) tat-3 ta' Lulju 2007 (Każ R 1065/2005-4) hija annullata f'dak li jikkonċerna l-prodotti fil-kategorija "monumenti mhux metalliċi".

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Duro Sweden AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti mill-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007.