Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – F vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

(Kawża C-473/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 7 – Rispett tal-ħajja privata u tal-familja – Direttiva 2011/95/UE – Standards minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja – Biża’ ta’ persekuzzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali – Artikolu 4 – Evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi – Rikors għal perizja – Testijiet psikoloġiċi)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F

Konvenut: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Dispożittiv

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtorità responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jew il-qrati aditi, skont il-każ, b’rikors kontra deċiżjoni ta’ din l-awtorità, milli jordnaw perizja fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi dwar l-orjentazzjoni sesswali allegata minn applikant, sa fejn il-modalitajiet ta’ tali perizja huma konformi mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-imsemmija awtorità u dawn il-qrati ma jibbażawx id-deċiżjoni tagħhom biss fuq il-konklużjonijiet tal-perizja u li ma humiex marbuta b’dawn il-konklużjonijiet fl-evalwazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ dan l-applikant dwar l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95, moqri fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-twettiq u l-użu, sabiex tiġi evalwata r-realtà tal-orjentazzjoni sesswali allegata ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali, ta’ perizja psikoloġika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha l-għan, abbażi ta’ testijiet projettivi tal-personalità, li tipprovdi stampa tal-orjentazzjoni sesswali ta’ dan l-applikant.

____________

1     ĠU C 419, 14.11.2016.