Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Blue Coat Systems (BLUECO)

(Kawża T-685/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Pechan u S. Körber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Blue Coat Systems, Inc. (Sunnyvale, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 2028/2012-1 u tirriformaha, fis-sens li l-appell huwa fondat u li, konsegwentement, l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha,

tikkundanna lill-konvenut u lil Blue Coat Systems, Inc fil-każ li hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fil-proċeduri ta’ appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BLUECO” għal prodotti fil-klassi 9 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 724 675

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Blue Coat Systems, Inc.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BLUE COAT” għal prodotti fil-klassi 9 u servizzi fil-klassijiet 38 u 40 – Trade mark Komunitarja Nru 3 016 235

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.