Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2013 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel)

(Kawża T-687/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni, O. Klimis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 299/2013-2 inkwantu rrifjutat ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 939 981 għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva komposta minn ħames stilel b’ħames ponot u segwiti b’linja orizzonatali għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41, 42 u 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 939 981

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009