Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel)

(Kawża T-687/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni u O. Klimis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel bħala trade mark Komunitarja.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013-2), hija annullata, sa fejn tiċħad l-appell ta’ Unibail Management għall-prodotti u għas-servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42.L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.