Language of document : ECLI:EU:T:2014:736





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Settembru 2014 –Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel)

(Kawża T‑687/13)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni tar-rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1) u 75) (ara l-punti 14, 15, 26)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 16)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013‑2), hija annullata, sa fejn tiċħad l-appell ta’ Unibail Management għall-prodotti u għas-servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.