Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-28 ta’ Novembru 2023 – S.C. Arcomet Towercranes S.R.L. vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti

(Kawża C-726/23, Arcomet Towercranes)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S.C. Arcomet Towercranes S.R.L.

Konvenuti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii Bucureşti

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont iffatturat minn kumpannija (il-kumpannija kontraenti) lil kumpannija assoċjata (il-kumpannija operattiva), ugwali għall-ammont meħtieġ sabiex il-profitt tal-kumpannija operattiva jiġi allinjat mal-attivitajiet imwettqa u mar-riskji assunti skont il-metodu tal-marġni tal-Linji Gwida tal-prinċipji tal-OECD applikabbli dwar il-prezzijiet tat-trasferiment, huwa ħlas għal servizz li għalhekk jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 168 u tal-Artikolu 178 tad-Direttiva 2006/112, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom id-dritt li jitolbu, minbarra l-fattura, dokumenti (bħala eżempju, rapporti ta’ attività, rapporti dwar il-progress ta’ xogħol, eċċ.) li jiġġustifikaw l-użu tas-servizzi mixtrija għall-benefiċċju tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli jew din l-analiżi tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT għandha tkun ibbażata esklużivament fuq ir-rabta diretta bejn ix-xiri u l-kunsinna/provvisti jew l-attività ekonomika kollha tal-persuna taxxabbli?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.