Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Lulju 2012 - ICO Satellite vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-350/09)
("Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Bidu tad-dekorrenza - Nuqqas ta' żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICO Satellite Ltd (Slough, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Tupper, solicitor, D. Anderson, QC, u D. Scannell, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn D. Van Liedekerke u K. Platteau, avukati)
Parties intervenantes au soutien de la partie défenderesse : Conseil de l'Union européenne (représentants : F. Florindo Gijón et G. Kimberley, agents); et Solaris Mobile Ltd (Dublin, Irlande) (représentants : J. Wheeler, solicitor, et A. Robertson, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE, tat-13 ta' Mejju 2009, dwar l-għażla ta' operaturi ta' sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 149, p. 65).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
ICO Satellite Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Solaris Mobile Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
____________1 - ĠU C 267, 07.11.2009.