Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Lulju 2012 - Simca Europe vs UASI - PSA Peugeot Citroën (Simca)

(Kawża T-327/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Simca Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Haberkamm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : PSA Peugeot Citroën GIE (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta' April 2012 fil-Każ R 645/2011-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tar-rappreżentanti tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "Simca" għal prodotti fil-klassi 12 - Trade mark Komunitarja Nru 6 489 371

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: PSA Peugeot Citroën GIE

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: fil-mument tar-applikazzjoni ir-rikorrenti kien in mala fide

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark irreġistrata ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

____________