Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fid-29 ta’ April 2015 – Granarolo SpA vs Ambrosi Emmi France SA

(Kawża C-196/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Granarolo SpA

Konvenuta: Ambrosi Emmi France SA

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 1 , għandu jinftiehem fis-sens li taqa’ fil-materji ta’ delitt l-azzjoni għad-danni għal ksur ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti li jikkonsistu fil-provvista ta’ merkanzija matul diversi snin lil distributur mingħajr kuntratt qafas u lanqas esklużività?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, is-subparagrafu (b) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament huwa applikabbli għad-determinazzjoni tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li huwa l-bażi tat-talba fil-każ imsemmi fl-ewwel domanda?