Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2014 – Guangdong Kito Ceramics et vs Il-Kunsill

(Kawża T-633/11) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Informazzjoni neċessarja – Termini previsti – Data disponibbli – Artikolu 18(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guangdong Kito Ceramics Co. Ltd (Foshan, iċ-Ċina); Jingdezhen Kito Ceramic Co. Ltd (Jingdezhen, iċ-Ċina); Jingdezhen Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd (Jingdezhen); Zhaoqing Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd (Sihui, iċ-Ċina) (rappreżentant: M. Sánchez Rydelski, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister, sussegwentement D. Geradin, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); Cerame-Unie AISBL (Brussell, il-Belġju); Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER) (Castellón de la Plana, Spanja); Confindustria Ceramica (Sassuolo, l-Italja); Casalgrande Padana SpA (Casalgrande, l-Italja); u Etruria Design Srl (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 238, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Cerame-Unie AISBL, Asociación Española de Fabricantes de Azulejos y Pavimentos Cerámicos (ASCER), Confindustria Ceramica, Casalgrande Padana SpA u Etruria Design Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 32, 04.02.2012.