Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Novembru 2009 – Frag Comercio Internacional vs UASI – Tinkerbell Modas (GREEN by missako)
(Kawża T‑162/08)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GREEN by missako – Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti MI SA KO – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 52)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Frar 2008 (Każ R 1527/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tinkerbell Modas LTDA u Frag Comercio Internacional, SL. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Tinkerbell Modas LTDA |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark Komunitarja figurattiva GREEN by missako għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 25, 35 –Applikazzjoni Nru 3663234 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni: | Frag Comercio Internacional, SL |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Trade mark Komunitarja figurattiva MI SA KO għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25; trade mark nazzjonali figurattiva MI SA KO għal servizzi fil-klassi 35 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni: | Oppożizzjoni miċħuda |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Frag Comercio Internacional, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż. |