Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fis-27 ta’ Mejju 2021 – L GmbH vs F GmbH, BW, SW

(Kawża C-336/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L GmbH

Konvenuti: F GmbH, BW, SW

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru ma huwiex obbligat li jħallas il-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 meta jilħaq id-destinazzjoni finali tal-passiġġieri b’dewmien ta’ 7 sigħat u 41 minuta peress li, waqt it-titjira li ppreċediet it-titjira preċedenti, l-ajruplan ġarrab ħsara minħabba sajjetta; li t-tekniku tal-kumpannija ta’ manutenzjoni mqabbda mit-trasportatur tal-ajru li ssejjaħ wara l-inżul ikkonstata biss ħsarat minuri li ma jaffettwawx il-kapaċità ta’ funzjonament tal-ajruplan (“some minor findings”); li t-titjira preċedenti seħħet; li madankollu deher waqt “pre-flight check” (spezzjoni qabel it-titjira) mwettqa qabel it-titjira preċedenti li, sa ordni ġdida, l-ajruplan ma kienx iktar operattiv; u li t-trasportatur tal-ajru għalhekk seta’ juża, minflok l-ajruplan li sarlu ħsara inizjalment previst, ajruplan ta’ sostituzzjoni li wettaq it-titjira b’dewmien ta’ tluq ta’ 7 sigħat u 41 minuta?

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fost il-miżuri raġonevoli li għandu jieħu trasportatur tal-ajru, għandu jiġi propost lill-passiġġieri reżervazzjoni mill-ġdid fuq titjira oħra, li permezz tagħha kienu jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom b’inqas dewmien, minkejja li minflok ma juża l-ajruplan li ma kienx iktar operattiv, it-trasportatur tal-ajru wettaq it-titjira permezz ta’ ajruplan ta’ sostituzzjoni li permezz tiegħu il-passiġġieri waslu għad-destinazzjoni finali tagħhom b’dewmien itwal?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.