Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social nº 1 de Cuenca (Spanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Carlos Enrique Ruiz Conejero vs Ferroser Servicios Auxiliares S.A. u Ministerio Fiscal

(Kawża C-270/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social nº 1 de Cuenca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Carlos Enrique Ruiz Conejero

Konvenuti: Ferroser Servicios Auxiliares S.A. U Ministerio Fiscal

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2000/78 1 tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-impriża għandha d-dritt tkeċċi lil ħaddiem għal raġunijiet oġġettivi, minħabba nuqqas[ijiet] ta’ preżenza fil-post tax-xogħol, anki jekk ġustifikati, iżda suċċessivi, li jammonta[w] għal 20 % tal-ġranet ta’ xogħol f’xahrejn konsekuttivi meta t-total tan-nuqqasijiet ta’ preżenza fit-tnax-il xahar preċedenti jammonta għal 5 % tal-ġranet tax-xogħol, jew għal 25 % f’erba’ xhur mhux konsekuttivi fuq perijodu ta’ tnax-il xahar, fil-każ ta’ ħaddiem li għandu jitqies li huwa diżabbli fis-sens tad-Direttiva meta l-assenza mix-xogħol tkun ġiet ikkawżata mid-diżabbiltà?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).