Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social n° 1 de Cuenca - Spanja) – Carlos Enrique Ruiz Conejero vs Ferroser Servicios Auxiliares SA, Ministerio Fiscal

(Kawża C-270/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(2)(b)(i) – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza, taħt ċerti kundizzjonijiet, it-tkeċċija ta’ impjegat minħabba assenzi intermittenti mix-xogħol, anki meta dawn ikunu ġġustifikati – Assenzi ta’ impjegat dovuta għal mard imputabbli għal diżabbiltà tiegħu – Inugwaljanza fit-trattament ibbażata fuq id-diżabbiltà – Diskriminazzjoni indiretta – Ġustifikazzjoni – Ġlieda kontra l-assenteiżmu mix-xogħol – Natura xierqa – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social n° 1 de Cuenca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Carlos Enrique Ruiz Conejero

Konvenuti: Ferroser Servicios Auxiliares SA, Ministerio Fiscal

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2)(b)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li persuna li tħaddem tista’ tkeċċi impjegat minħabba assenzi intermittenti mix-xogħol, anki jew dawn ikunu ġġustifikati, fis-sitwazzjoni li dawn l-assenzi jkunu l-konsegwenza ta’ mard imputabbli lid-diżabbiltà li tkun tolqot lil dan l-impjegat, dment li din il-leġiżlazzjoni, filwaqt li ssegwi l-għan leġittimu tal-ġlieda kontra l-assenteiżmu, ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq dan l-għan, fatt li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju.

____________

1     ĠU C 279, 1.8.2016.