Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Settembru 2012 - Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-565/08) 

("Għajnuna mill-Istat - Settur tal-kabotaġġ marittimu - Servizz ta' interess ekonomiku ġenerali - Test tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq - Politika soċjali tal-Istati Membri - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Effetti ta' sentenza ta' annullament")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Corsica Ferries France SAS (Bastia, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u B. Stromsky, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u A.-L. Vendrolini, sussegwentement G. de Bergues, N. Rouam u J. Rossi, aġenti); u Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/611/KE, tat-8 ta' Lulju 2008, dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM) (ĠU 2009, L 225, p. 180).

Dispożittiv

It-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/611/KE, tat-8 ta' Lulju 2008, dwar il-miżuri C 58/02 (ex N 118/02) li Franza implimentat favur is-Société Nationale Maritime Corse-Méditerranée (SNCM), huma annullati.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti kif ukoll l-ispejjeż tagħha.

Ir-Repubblika Franċiża u s-SNCM għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009