Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-149/13) 1

(“Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors –Bidu tad-dekorrenza – Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn M. J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, J. Baquero Cruz u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tal-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3), fis-settur “Riċerka”, fl-oqsma “Bijoloġija/Xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa”, “Kimika”, “Fiżika u xjenzi tal-materjali”, “Riċerka nukleari”, “Inġinerija ċivili u mekkanika”, “Inġinerija elettrika u elettronika” (ĠU 2012, C 394 A, p. 11).

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 123, 27.04.2013.