Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2012 - Dectane vs UASI - Hella (DAYLINE)

(Kawża T-463/11) 

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dectane GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment K. Klüpfel, sussegwentement K. Klüpfel u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hella KGaA Hueck & Co. (Lippstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schnekenbühl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta' Ġunju 2011 (Każ R 1231/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Hella KGaA Hueck & Co. u Dectane GmbH.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1 - ĠU C 298, 08.10.2011