Language of document : ECLI:EU:T:2011:538





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 – Brighton Collectibles vs UASI – Felmar (BRIGHTON)

(Kawża T-403/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BRIGHTON – Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi BRIGHTON u sinjali oħra preċedenti BRIGHTON – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 44-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 408/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brighton Collectibles, Inc. u Felmar.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brighton Collectibles, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Felmar għandha tbati l-ispejjeż tagħha.