Language of document : ECLI:EU:T:2015:445





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 —
Gambling Commission vs UASI – Mediatek Italia u De Gregorio (Rappreżentazzjoni ta’ id)

(Kawża T‑404/10 RENV)

“Trade mark Komunitarja — Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta id — Artikolu 53(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżistenza ta’ dritt tal-awtur preċedenti protett mid-dritt nazzjonali — Oneru tal-prova — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-UASI”

1.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Użu tat-trade mark li jista’ jkun ipprojbit skont dritt preċedenti ieħor — Stħarriġ eżerċitat mill-istanzi kompetenti tal-Uffiċċju u mill-Qorti Ġenerali dwar id-dritt nazzjonali applikabbli (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 53(2)) (ara l-punti 27-30)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedura ta’ annullament — Eżami limitat għall-motivi invokati — Evalwazzjoni mill-Uffiċċju tal-materjalità tal-fatti invokati u tas-saħħa probatorja tal-elementi ppreżentati (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1028/2009‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mediatek Italia Srl u Giuseppe De Gregorio u, min-naħa l-oħra, in-National Lottery Commission.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1028/2009‑1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.