Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-26 ta’ Lulju 2023 – A et vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et

(Kawża C-483/23, T Trust)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, B, C, D u T

Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Comitato di Sicurezza Finanziaria, Agenzia del Demanio

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura ta’ ffriżar tista’ tiġi adottata wkoll fir-rigward ta’ trasferiment ta’ oġġetti jew riżorsi għal trust minn settlor imsemmi fl-Anness I tal-imsemmi regolament (persuna maħtura jew imniżżla fl-elenku), li għandha titqies bħala l-persuna li lilha jappartjenu l-oġġetti jew ir-riżorsi?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 269/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura ta’ ffriżar tista’ tiġi adottata wkoll fir-rigward ta’ trasferiment ta’ oġġetti jew riżorsi għal trust minn settlor imsemmi fl-Anness I tal-imsemmi regolament (persuna maħtura jew imniżżla fl-elenku), li għandha titqies bħala l-persuna assoċjata ma dik lil lilha jappartjenu l-oġġetti jew ir-riżorsi?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 269/2014 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura ta’ ffriżar tista’ tiġi adottata wkoll fir-rigward ta’ trasferiment ta’ oġġetti jew riżorsi għal trust minn settlor imsemmi fl-Anness I tal-imsemmi regolament (persuna maħtura jew imniżżla fl-elenku), li għandha titqies bħala l-persuna li tikkontrolla l-oġġetti jew ir-riżorsi?

____________

1 ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.