Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie - il-Polonja) – mBank S.A. vs KŁ, JŁ

(Kawża C-488/23 1 , Naniowski 2 )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta li tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) – Kuntratt ta’ self ipotekarju ddenominat f’munita barranija – Effetti tal-annullament ta’ dan il-kuntratt fl-intier tiegħu – Aġġustament ġudizzjarju tal-ħlas li jikkorrispondi għall-kapital disponibbli)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: mBank S.A.

Konvenuti: KŁ, JŁ

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-annullament fl-intier tiegħu ta’ kuntratt self ipotekarju, konkluż ma’ konsumatur minn istituzzjoni ta’ kreditu, minħabba li dan il-kuntratt ikun fih klawżoli inġusti li mingħajrhom ma jistax jeżisti, jipprekludu interpretazzjoni ġurisprudenzjali tad-dritt ta’ Stat Membru li skontha dan l-istabbiliment għandu d-dritt li jitlob mingħand dan il-konsumatur, minbarra r-rimbors tas-somom li jikkorrispondu għall-kapital imħallas għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt u interessi moratorji bir-rata legali mid-data ta’ intimazzjoni, kumpens li jikkonsisti f’aġġustament ġudizzjarju tas-servizz li jikkorrispondi għal dan kapital, fil-każ ta’ bidla sinjifikattiva fil-valur tax-xiri tal-munita kkonċernata wara l-ħlas tal-imsemmi kapital lill-imsemmi konsumatur.

____________

1     Data tal-preżentata: 31.07.2023

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.