Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – L’Oréal vs EUIPO – Samar’t Pharma (BI blue pigment)

(Kawża T-180/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BI blue pigment – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti Bi.cell – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u S. Vandezande, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Samar’t Pharma, SL (Vilamalla, Spanja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) 17 ta’ Jannar 2023 (Każ R 1102/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L’Oréal u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 179, 22.5.2023.