Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 – Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u r-ritrażmissjoni bil-kejbil – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni tal-innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: H. Pokela, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Paasivirta, F. Castillo de la Torre u P. Aalto, sussegwentement E. Paasivirta u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, rigward proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC)

Dispożittiv

L-Artikolu 3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna lil Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto ry.L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 ta’ din tal-aħħar, għal dak li jikkonċerna lil Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto.Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed l-ispejjeż tagħhom marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.