Language of document : ECLI:EU:T:2008:501





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Novembru 2008 – Säveltäjäin Tekijänoikeustoimisto Teosto vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-401/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta’ prattika miftiehma fil-qasam tal-ġestjoni kollettiva ta’ drittijiet tal-awtur – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 21-24)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 34-37, 40)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), sa fejn hija kkonċernata r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.