Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Mejju 2010 - Nike International Ltd vs UASI - Intermar Simanto Nahmias (JUMPMAN)

(Kawża T-233/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nike International Ltd (Beaverton, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. De Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Intermar Simanto Nahmias (Individual Company) (Istanbul, it-Turkija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 738/2009-1, sa fejn tikkonferma d-deċiżjoni ta' oppożizzjoni Nru B 1326299 għall-prodotti kkontestati kollha;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk issir parti intervenjenti f'din il-kawża

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "JUMPMAN" għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola Nru 2657489 tat-trade mark verbali "JUMP", għal prodotti fil-klassi 25; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2752145 tat-trade mark verbali "JUMP", għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni u ċaħdet ir-rikors fit-totalità tiegħu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħad l-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________