Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Diċembru 2020 – HW, ZF, MZ vs Allianz Elementar Versicherungs AG

(Kawża C-652/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HW, ZF, MZ

Konvenut: Allianz Elementar Versicherungs AG

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jikkonċernaw biss il-kompetenza internazzjonali tal-Istati Membri [tal-Unjoni Ewropea] jew fis-sens li jiddeterminaw ukoll il-kompetenza interna (territorjali) tal-qrati tad-domiċilju tal-benefiċjarju tal-polza tal-assigurazzjoni?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.