Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2009 - Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava et vs UASI (TXAKOLI)

(Kawża T-341/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Álava (Amurrio, Spanja), Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Bizkaia (Leioa, Spanja), Consejo Regulador de la Denominación de Origen Txakoli de Getaria (Getaria, Spanja) (rappreżentanti: J. Grimau Muñoz u J. Villamor Muguerza, abogados)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-4 ta' Ġunju 2009 fil-Każ R 197/2009-2, li taċċetta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark "TXAKOLI" (trade mark verbali kollettiva) fil-klassijet 33, 35, 41 u 42.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark verbali kollettiva "TXAKOLI" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6.952.014), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35, 41 u 42.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, inkwantu l-imsemmija dispożizzjonijiet ma setgħux jiġu applikati għall-kelma "TXAKOLI", peress li din hija kkunsidrata bħala terminu tradizzjonali abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta' April 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid1.

____________

1 - - ĠU L 118, 04.05.2002, p. 1