Language of document :

Rikors ippreżentat fl-l4 ta' Novembru 2010 - Bowles et vs BĊE

(Kawża F-114/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carlos Bowles et (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti ta' Jannar tal-2010 u tax-xhur ta' wara, sa fejn dawn japplikaw żieda fis-salarju ta' 2 %, wara l-eżerċizzju ta' aġġustament tas-salarji għall-2010, kif ukoll il-kumpens għad-danni materjali subiti mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-dikjarazzjonijiet tas-salarju ta' Jannar 2010 u tax-xhur ta' wara sa fejn dawn applikaw żieda fis-salarju ta' 2 %, bil-għan li japplikaw żieda ta' 2.1 % kkalkulata abbażi ta' aġġustament ta' 3.6 % lill-Kummissjoni;

sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjonijiet li ċaħdu t-talbiet għal eżami mill-ġdid u l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti;

jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu materjali tagħhom li jikkonsisti fid-differenza bejn iż-żieda fis-salarju ta' 2 % mogħtija b'mod irregolari minn Jannar tal-2010 u dik ta' 2.1 % li huma kellhom ikunu intitolati għaliha, jiġifieri żieda fis-salarji ta' 0.1 % fix-xahar minn Jannar tal-2010 u fil-benefiċċji finanzjarji dderivati l-oħra kollha (fosthom id-drittijiet tal-pensjoni). Fuq dawn l-ammonti għandhom jiġu miżjuda l-interessi sa mid-data rispettiva li fiha kienu pagabbli sal-ħlas effettiv tagħhom, ikkalkulati abbażi tar-rati stabbiliti mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b'żewġ punti;

jikkumpensa d-dannu subit fir-rigward tal-kapaċità tal-akkwist stabbilit ex aequo et bono u provviżjorjament bħala EUR 5 000 għal kull rikorrent;

jikkumpensa d-dannu morali tagħhom, evalwat ex aequo et bono bħala EUR 5 000 għal kull rikorrent;

jikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

____________