Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 - Petrilli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Petrilli (Grottammare, l-Italja) (rappreżentanti: J.-L. Lodomez, J. Lodomez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrigwarda l-iffissar tal-post ta' residenza prinċipali tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta' Settembru 2008 li fiha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-iffissar tar-residenza prinċipali tar-rikorrent fl-Italja;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla l-eventwali deċiżjoni li l-Kummissjoni tista' tkun meħtieġa tieħu dwar proċedimenti fuq l-ilment, ifformulat mir-rikorrent wara l-komunikazzjoni ta' provi ġodda;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, fuq l-ammonti dovuti skont l-applikazzjoni retroattiva tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni Taljan fuq il-pensjoni, mill-1 ta' Lulju 2007, interessi fuq il-bażi ta' rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b'żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________