Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Ġunju 2023 – ZD “BUL INS” AD vs PV

(Kawża C-387/23, BUL INS)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZD “BUL INS” AD

Konvenut: PV

Domandi preliminari

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kawżi, imressqa permezz ta’ azzjoni ta’ rivalsa mill-assiguratur abbażi tal-assigurazzjoni għal “responsabbiltà ċivili” ta’ vetturi bil-mutur taħt id-dritt nazzjonali, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar il-projbizzjoni imposta fuq l-assiguratur li jillimita r-responsabbiltà tiegħu?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li d-dritt tal-Unjoni huwa applikabbli, id-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq u l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’tali kawżi, imressqa minn jew kontra persuna fiżika, din tal-aħħar għandha titqies li hija “konsumatur” għall-finijiet tal-prinċipju ta’ effettività u tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumatur?

____________

1     ĠU 2009, L 263, p. 11.