Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ġunju 2023 – Bulgarfrukt - Fruchthandels GmbH vs Oranzherii Gimel II EOOD

(Kawża C-389/23, Bulgarfrukt)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wedding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bulgarfrukt - Fruchthandels GmbH

Konvenut: Oranzherii Gimel II EOOD

Domandi preliminari

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 1 u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea 2 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-qorti għandha tannulla ordni ta’ ħlas Ewropea fil-kuntest ta’ rikors meta din ma tkunx ġiet innotifikata jew ikkomunikata, jew ma tkunx ġiet validament innotifikata jew ikkomunikata, lill-konvenut?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: l-imsemmija regolamenti għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-eżekuzzjoni forzata tal-ordni ta’ ħlas Ewropea għandha tiġi ddikjarata inammissibbli jekk l-ordni ta’ ħlas Ewropea ma tkunx ġiet innotifikata jew ikkomunikata, jew ma tkunx ġiet validament innotifikata jew ikkomunikata, lill-konvenut?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: ir-Regolament Nru 1896/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li konvenut li jkun jaf bil-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea li madankollu ma tkunx għadha ġiet innotifikata jew ikkomunikata lilu, jew ma tkunx ġiet validament innotifikata jew ikkomunikata lilu, għadu ma jistax jopponiha validament?

____________

1     ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91.

1     ĠU 2006, L 399, p. 1.