Language of document :

Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2023 minn Gürok Turizm ve Madencilik Anonim Sirketi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-473/22, Gürok Turizm ve Madencilik vs EUIPO - Darvas et Pap (LΛΛVΛ)

(Kawża C-670/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Gürok Turizm ve Madencilik Anonim Sirketi (rappreżentant: M. E. López Camba, abogada)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ April 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammissibbli u li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________