Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Novembru 2020 – Landkreis Northeim vs Daimler AG

(Kawża C-588/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Landkreis Northeim

Konvenut: Daimler AG

fil-preżenza ta’: Iveco Magirus AG, MAN SE, MAN Truck & Bus SE, MAN Truck & Bus Deutschland GmbH

Domanda preliminari

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2016 1 adottata fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39824 – Trakkijiet) għandha tiġi interpretata fis-sens li vetturi apposta jew speċjali, b’mod partikolari trakkijiet taż-żibel, huma wkoll koperti mill-konstatazzjonijiet ta’ din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni?

____________

1     Ippubblikata taħt ir-referenza C (2016) 4673 final, sunt fil-ĠU 2017, C 108, p. 6.