Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2023 – Dermavita Company vs EUIPO - Allergan Holdings France (JUVÉDERM)
(Kawża T-181/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “JUVÉDERM” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 807 169
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 904/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti għall-annullament f’kull stadju tal-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, inkluż l-ispejjeż għall-proċedimenti quddiem l-EUIPO u l-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikoli 95(1), 97(1) u 107 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________