Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei

(Kawża C-385/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zenith Media Communications SRL

Konvenut: Consiliul Concurenţei

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru għandha obbligu tinterpreta r-regola nazzjonali li tirregola l-impożizzjoni ta’ sanzjoni skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità fis-sens li għandha tivverifika jekk id-dħul mill-bejgħ totali, kif indikat fir-rapport tal-introjtu tal-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja preċedenti, jipprovdix riflessjoni korretta tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, konformement mar-realtà ekonomika?

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prattika tal-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li timponi multa fuq id-dħul mill-bejgħ indikat fir-rapport tal-introjtu tal-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja preċedenti, li tinkludi l-ammonti ta’ fatturi li nħarġu mill-ġdid lill-klijenti finali għas-servizzi li fir-rigward tagħhom seħħet l-attività ta’ intermedjazzjoni għax-xiri ta’ ħin fil-media, u mhux biss il-kummissjonijiet relatati mal-attività ta’ intermedjazzjoni?

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali fis-sens li r-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni korretta tal-kontijiet u għall-preżentazzjoni korretta tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji konformement mar-realtà ekonomika taqa’ fuq l-impriża ssanzjonata u li l-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru hija responsabbli għall-mod li bih l-impriża ssanzjonata tissodisfa dan l-obbligu?

____________