Language of document : ECLI:EU:T:2014:509





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2014 –

K-Swiss vs UASI – Künzli SwissSchuh (Strixxi paralleli fuq żarbuna)

(Kawża T‑85/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta strixxi paralleli fuq żarbuna – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 14-17)

2.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Reġistrazzjoni ta’ trade mark ġdida – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1) u 76(1)) (ara l-punt 18)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta strixxi paralleli fuq żarbuna (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 36, 42, 43)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Sinjali kkostitwiti minn disinn applikat fuq is-superfiċi ta’ prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 40, 41)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 174/2011‑2), dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Künzli SwissSchuh AG u K‑Swiss, Inc.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

K‑Swiss, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.