Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2013 – Calida vs UASI – Quanzhou Green Garments (dadida)

(Kawża T-597/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Calida Holding AG (Sursee, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Kaase u H. Dirksmeier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Quanzhou Green Garments Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Settembru 2013 mogħtija fil-Każ R 1190/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: reġistrazzjoni internazzjonali tal-Unjoni Ewropea Nru 979 903 għat-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “dadida” għall-prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiMotivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet relattivi ta’ invalidità skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009