Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ April 2017 – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato - Antitrust, Coopservice Soc. coop. arl vs Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica - Sebino (ASST) et

(Kawża C-216/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato - Antitrust, Coopservice Soc. coop. arl

Konvenuti: Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica - Sebino (ASST), Azienda Socio-Sanitaria Territoriale del Garda (ASST), Azienda Socio-Sanitaria Territoriale della Vallecamonica (ASST)

Domandi preliminari

L-Artikolu [1](5) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2004/18/UE 1 u l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24/UE 2 jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jippermettu l-konklużjoni ta’ ftehim qafas li fih:

awtorità kontraenti taġixxi f’isimha stess u għan-nom ta’ awtoritajiet kontraenti oħra speċifikament indikati, iżda li ma jipparteċipawx direttament fl-iffirmar tal-ftehim qafas innifsu;

ma hijiex stabbilita l-kwantità tas-servizzi li jistgħu jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti li ma humiex firmatarji tal-att li permezz tiegħu jiġu konklużi min-naħa tagħhom ftehimiet suċċessivi previsti mill-ftehim qafas innifsu?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1) tkun fin-negattiv,

l-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2004/18/UE u l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2014/24/UE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jippermettu l-konklużjoni ta’ ftehim qafas li fih:

awtorità kontraenti taġixxi f’isimha stess u għan-nom ta’ awtoritajiet kontraenti oħra speċifikament indikati, iżda li ma jipparteċipawx direttament fl-iffirmar tal-ftehim qafas innifsu;

il-kwantità tas-servizzi li jistgħu jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti li ma humiex firmatarji tal-att li permezz tiegħu jiġu konklużi min-naħa tagħhom ftehimiet suċċessivi previsti mill-ftehim qafas stess tiġi ddeterminata b’riferiment għall-bżonnijiet ordinarji tagħhom?

____________

1     Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

2     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (GU 2014, L 94, p. 65).