Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 – Nextrend vs EUIPO – Xiamen Axent Corporation u Axent Switzerland (Unitajiet ta’ tojlit (parti minn -))

(Kawża T-82/23) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta unitajiet ta’ tojlit (parti minn-) – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġunijiet għal invalidità – Impressjoni globali differenti – Grad ta’ libertà tad-disinjatur – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nextrend GmbH (Flörsheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weiland u C. Corbet, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Xiamen Axent Corporation Ltd (Haicang, iċ-Ċina), Axent Switzerland AG (Rapperswil-Jona, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Ring u A. Wan, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1604/2021-3).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nextrend GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Xiamen Axent Corporation Ltd u Axent Switzerland AG, matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1     ĠU C 121, 3.4.2023.