Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – J&B vs EUIPO – Ergün (J&B BRO)
(Kawża T-318/23) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea J&B BRO – Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea preċedenti 4BRO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: J&B Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: C. Thomas u B. Reiter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia u A. Ringelhann, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Engin Ergün (Dortmund, il-Ġermanja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ April 2023 (Każ R 2012/2022-1).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
J&B Ltd u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huma kkundannati għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 261, 24.7.2023.