Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 taʼ April 2013 – Artisjus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bir-ritrażmissjoni bil-kejbil – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni tal-innoċenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Artisjus Magyar Szerzői Jogvédő Iroda Egyesület (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentanti: Z. Hegymegi-Barakonyi, P. Vörös u M. Horányi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 final, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).DispożittivL-Artikolu 3 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 final, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC) huwa annullat, għal dak li jikkonċerna lill-Artisjus Magyar Szerzői Jogvédő Iroda Egyesület.L-Artikolu 4(2) u (3) tal-imsemmija deċiżjoni huwa annullat, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, fir-rigward ta’ Artisjus.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tal-proċedura prinċipali.Artisjus u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura għal mi

żuri provviż

orji.