Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Ġunju 2011 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rimbors ta' spejjeż - Nota tal-Kummissjoni li tinforma lir-rikorrent bl-intenzjoni tagħha li tagħmel tnaqqis mill-allowance ta' diżabbiltà tiegħu - Nuqqas ta' att li jikkawża preġudizzju - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Ottubru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-94/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.
____________1 - ĠU C 63, 13.3.2010.