Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 – AC-Treuhand vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa u ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri – Deċiżjoni li tikkonstata żewġ każijiet ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Impriża ta’ konsulenza li ma toperax fis-swieq inkwistjoni – Multi – Talba għal annullament – Kunċett ta’ impriża – Prinċipju ta’ nulla poena sine lege – Tul tal-ksur – Preskrizzjoni – Tul tal-proċeduri amministrattivi – Terminu raġonevoli – Drittijiet tad-difiża – Informazzjoni tardiva tal-proċeduri ta’ investigazzjoni – Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ – Sanżjoni ta’ żewġ każijiet ta’ ksur f’deċiżjoni waħda – Kunċett ta’ ksur uniku – Talba għal bidla – Ammont tal-multi – Tul tal-ksur – Tul tal-proċeduri amministrattivi – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Valur tal-bjegħ – Multa simbolika – Setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: AC-Treuhand AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Steinle u I. Bodenstein, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 - Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AC-Treuhand AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 100, 17.4.2010.