Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2010 - Alibaba Group vs UASI - allpay.net (ALIPAY)

(Kawża T-26/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alibaba Group Holding Limited (Grand Cayman, Cayman Islands) (rappreżentanti: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: allpay.net.Limited (Hereford, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Novembru 2009 fil-Każ R 17920/2008-1, sa fejn l-appell ġie miċħud; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ALIPAY", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 38 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "ALLPAY" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36, 40 u 42; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tar-Renju Unit tat-trade mark verbali "ALLPAY" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36 38 u 42; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tar-Renju Unit ta' serje ta' trade mark verbali li fihom il-kelma "ALLPAY" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36, 40 u 42; trade marks u sinjali preċedenti mhux irreġistrati li fihom il-kelma "ALLPAY", użati fil-prassi kummerċjali fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati

____________