Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Jannar 2008 - Hoya vs L-UASI - Indo (AMPLITUDE)

(Kawża T-9/05)1

("Trademark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trademark verbali Komunitarja "AMPLITUDE" - Trademark figurattiva nazzjonali preċedenti "AMPLY" - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 KE ")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hoya Kabishiki Kaisha (Tokyo, Il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Nordemann, C.-R. Haarmann, F. Schwab u M. Nentwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Indo Internacional, SA (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: M. Currel Aguilà, avukat)

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Novembru 2004 (Każ R 433/2004-1) li tirrigwarda proċedura ta' oppożizzjoni bejn Indo Internacional, SA u Hoya Kabishiki Kaisha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hoya Kabishiki Kaisha hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 106, 30.4.2005.