Language of document : ECLI:EU:T:2010:201





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Wieland‑Werke et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-11/05)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing –Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Ksur kontinwu u f’diversi forom – Prinċipju ta’ nulla poena sine lege – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Multi – Impatt konkret fuq is-suq – Daqs tas-suq ikkonċernat – Tul tal-ksur – Ċirkustanzi attenwanti”

1.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji ġenerali tad-dritt - Ċertezza legali - Legalità tal-pieni (ara l- punti 58-63)

2.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 - Ksur tal-prinċipju ta’ nulla poena sine lege - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3) (ara l-punti 64-72)

3.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur - Deċiżjoni preċedenti li tikkonstata ksur imwettaq mill-istess impriża - Ksur li jikkonċerna swieq ta’ prodotti differenti għalkemm viċini - Nuqqas ta’ rabtiet ta’ kundizzjonalità jew ta’ koordinazzjoni bejn iż-żewġ ksur - Nuqqas ta’ pjan globali intiż sabiex joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni - Nuqqas ta’ identiċità bejn il-ksur li huwa s-suġġett taż-żewġ deċiżjonijiet - Ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem – Assenza (Artikolu 81 KE) (ara l-punti 81-83, 87)

4.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Setgħat tal-Kummissjoni - Setgħa li tinqasam proċedura (Artikolu 81 KE) (ara l-punt 101)

5.                     Kompetizzjoni - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Metodu ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni diversi elementi ta’ flessibbiltà (Artikolu 229 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 108-112)

6.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Evalwazzjoni - Obbligu li tissanzjona inqas impriża li tkun ipparteċipat simultanjament f’diversi ksur - Assenza (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 114, 115)

7.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Kontenut neċessarju (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17 u Nru 1/2003) (ara l-punti 129 -131)

8.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Akkordju orizzontali fuq il-prezz - Taqsim tas-suq - Ksur serju ħafna (Artikolu 81(1) KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23) (ara l-punti 138-140)

9.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Teħid inkunsiderazzjoni tal-impatt konkret fuq is-suq (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A) (ara l-punti 143-149)

10.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Daqs tas-suq tal-prodotti inkwistjoni - Teħid inkunsiderazzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2)); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A) (ara l-punti 160-163)

11.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punt 166)

12.                     Kompetizzjoni - Multi - Deċiżjoni li timponi multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata (Artikolu 253 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 177, 179)

13.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża ssanzjonata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A) (ara l-punti 189, 190, 192)

14.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tul tal-ksur - Ksur għal perijodu twil - Żieda ta’ 10 % tal-ammont inizjali fis-sena (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1B) (ara l-punti 203, 205, 206)

15.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punt 227)

Suġġett

Fl‑ewwel lok, talba għall‑annullament tad‑Deċiżjoni tal‑Kummissjoni C (2004) 2826, tat‑3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l‑Artikolu 81 [KE] u l‑Artikolu 53 tal‑Ftehim ŻEE (Każ COMP/E‑1/38.069 – Pajpijiet tar‑ram għall‑plumbing) u, fit‑tieni lok, sussidjarjament, talba għat‑tnaqqis tal‑ammont tal‑multi imposti permezz ta’ din id‑deċiżjoni fuq ir‑rikorrenti u, fit‑tielet lok, kontrotalba tal‑Kummissjoni għaż‑żieda tal‑imsemmi ammont.

Dispożittiv

1)

Ir‑rikors huwa miċħud.

2)

Il‑kontrotalba mressqa mill‑Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

3)

Wieland Werke AG, Buntmetall Amstetten GmbH u Austria Buntmetall AG għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom u 90 % tal‑ispejjeż sostnuti mill‑Kummissjoni.

4)

Il‑Kummissjoni għandha tbati 10 % tal‑ispejjeż tagħha.

5)

Il‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea għandu jbati l‑ispejjeż tiegħu.