Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2013 —
Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑551/10)
“Għajnuna mill-Istat — Sussidju previst għall-akkwist u għall-konverżjoni ta’ impjant termoelettriku f’impjant ta’ enerġija elettrika li titħaddem bil-bijokombustibbli — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Applikazzjoni ratione temporis tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Aspettattivi leġittimi — Effett ta’ inċentiv”
1. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida — Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikolu 107(3) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 54/13) (ara l-punti 25-28, 48-53)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Linji gwida — Għajnuna individwali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-imsemmija linji gwida — Determinazzjoni — Data tal-att ġuridikament vinkolanti li jorbot lill-awtorità kompetenti tagħti l-għajnuna (Artikolu 107(3) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 54/13, punt 105) (ara l-punti 39-41)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Aspettattivi leġittimi eventwali tal-persuni interessati — Protezzjoni — Kundizzjonijiet u limiti (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punti 43-45, 47, 55-57)
4. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Kriterji — Effett ta’ inċentiv — Preżentata tal-applikazzjonijiet qabel il-bidu tal-eżekuzzjoni tal-proġetti — Kriterju adegwat u rilevanti (Artikolu 107(3) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 54/13, punt 38) (ara l-punti 81-85)
5. Rikors għal annullament — Suġġett — Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom — Deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Illegalità li taffettwa biss punt ta’ raġunament — Rikors infondat (Artikoli 108 TFUE u 263 TFUE) (ara l-punt 98)
6. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna li tagħti l-għajnuna u fuq il-benefiċjarju potenzjali tal-għajnuna (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punt 104)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/110/UE, tal‑15 ta’ Settembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 8/09 (ex N 357/08) li l-Italja beħsiebha tagħti lil Fri‑El Acerra Srl (ĠU 2011, L 46, p. 28). |
Dispożittiv
2) | | Fri‑El Acerra Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |